Karlo jrid ipinġi imma l-kuluri mqarbin!
Katrina trid taqra imma fejn mar il-ktieb?
Ġewżu Ġewża jridu jmorru l-iskola! X’waħda din!
Dawn l-istejjer se ssibhom kollha fis-Senduq Kuluri Isfar.
Ktieb fis-sensiela ‘Senduq’
Clare Azzopardi
Wara 25 sena tgħallem il-letteratura Maltija, Clare Azzopardi ddeċidiet li titlaq kollox u tibda kapitlu ġdid. Ma tafx kemm se jkun twil dal-kapitlu, u lanqas jimpurtaha wisq dment li qed tiktbu hi. L-importanti li magħha hemm Albert, karattru importanti ħafna fl-istorja ta’ ħajjitha; l-importanti li hemm il-kotba tal-kittieba li tħobb (sintendi ma tistax iġġorrhom kollha, imma ġa ġarret ħafna); l-importanti li hemm is-siġar ħodor u kbar qishom ġganti; ir-russetti u ċ-ċikonji bla ebda biża’ li jaqilgħu tir; l-importanti li hemm is-skiet u ftit li xejn krejnijiet.
clareazzopardi.comritratt meħud minn Giola CassarAra aktar