IXTRI
-
Clare Azzopardi, Rita Saliba, Trevor Żahra,
Senduq Kuluri Aħdar
ta' : Clare Azzopardi, Rita Saliba, Trevor Żahra€5.95


Rita Saliba tikteb kemm għall-kbar u kemm għat-tfal. Rebħet tliet darbiet il-Premju Letteratura għall-Adolexxenti. Rita ttraduċiet għall-Malti żewġ rumanzi għat-tfal. L-għawm u l-attivitajiet fil-miftuħ ikomplu jħawrulha l-immaġinazzjoni tagħha, liema immaġinazzjoni mbagħad tispira t-tpinġijiet u l-kitbiet tagħha. Tħobb, f’ammonti inqas, iż-żwiemel, id-dniefel u ċ-ċikkulata skura.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com