Int taf li xi affarijiet huma rotob u oħrajn ibsin?
Taf li f’Wied Babu tista’ tara s-siġra tal-ħarrub u s-siġra taż-żebbuġ?
Jekk ma tafx, ara ftit x’isiru jafu Josef, Ruben u Tamara fl-avvenutri tagħhom …
Ktieb fis-sensiela ‘Senduq’
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar
Rita Saliba
Rita Saliba tikteb kemm għall-kbar u kemm għat-tfal. Rebħet tliet darbiet il-Premju Letteratura għall-Adolexxenti. Rita ttraduċiet għall-Malti żewġ rumanzi għat-tfal. L-għawm u l-attivitajiet fil-miftuħ ikomplu jħawrulha l-immaġinazzjoni tagħha, liema immaġinazzjoni mbagħad tispira t-tpinġijiet u l-kitbiet tagħha. Tħobb, f’ammonti inqas, iż-żwiemel, id-dniefel u ċ-ċikkulata skura.
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com