Wara 365, suppost kellu jerfa’ l-pinna f’postha u jagħlaq il-ktieb. Imma waqt li kien qed jagħlqu, waqgħet minn bejn il-folji warda bbalzmata. Bdiet tħares lejh bil-ħniena … tokroblu biex jonfoħ fuqha n-nifs tal-ħajja, iroddilha l-ilwien u l-fwieħa u jibdilha f’Sempreviva.
Żahra jirritorna b’antoloġija ta’ stejjer bi lwien u fwejjaħ liema bħalhom.
Fjuri li jiftħu billejl darba fis-sena …
Fjuri mferrxin mal-art fil-purċissjoni
ta’ Corpus Christi …
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com
Aqra l-intervista ma’ Trevor Żahra dwar Sempreviva fis-sit Common Routs, hawnhekk.
“Tibqa’ dejjem ħaġa inkredibbli wkoll kif Żahra kapaċi jipproduċi tant u tajjeb, u kif jista’ jagħġen l-immaġinazzjoni tiegħu anki għall-isfida apparentement monotematika ta’ Sempreviva.”
— Reċensjoni minn Mark Vella fl-Illum: Fliexken ġodda, essenzi antiki