IXTRI
Kategoriji
X

-
Michael Cini
Sbejħa: Ħmara żgħira b’qalb kbira
ta' : Michael Cini€6.95
ISBN:
9789990919622
Kategorija:
Children's Books, Kotba Reliġjużi
Qoxra:
paperback
Età:
6-10, 9-14
Illustratur:
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 128
About This Book
L-istorja tat-twelid ta’ Ġesù Bambin tafha wkoll ħmara ċkejkna, Sbejħa …
Nixtieq nirrakkuntalek l-istorja tiegħi!
Żgur li se tieħu gost tisma’ kif mingħand bidwi kattiv, spiċċajt għand sid ġdid li kien jieħu ħsiebi u jkellimni bil-ħlewwa. Anki l-għarusa tiegħu kienet tiġi maġenbi biex toqgħod tfissidni magħha, u ġġibli xi bettieħa friska jew xi tuffieħa tfuħ … u tgħarraxli ħelu ħelu bejn widnejja.
Dan minbarra l-avventuri eċitanti u xi drabi anki perikolużi li għaddejt magħhom, mat-tarbija l-ġdida li kellhom f’nofs ta’ lejl xitwi, u anki mal-ħmar l-Imqarqaċ li veru kont inħobb … u li lili tant kien jarani Sbejħa!
ISBN: 9789990919622
Illustratur: José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni: 2021
Paġni: 128

Michael Cini jgħix il-Mosta imma fis-sajf ma jitlifx ċans li jmur jgħum għawma San Pawl il-Baħar, kuljum jekk jista’. Iggradwa fl-Amministrazzjoni Pubblika, u fil-Qari tal-Provi fil-Malti. Huwa studja wkoll l-Għarbi, biex ikun jista’ jifhem aħjar l-għeruq Semitiċi ta’ lsienu. Jikteb kemm għat-tfal kemm għall-kbar, u huwa l-awtur ta’ stejjer tal-iħirsa, stejjer ta’ mħabba, rumanzi storiċi … u ta’ kull ġeneru li jaf jiġih f”moħħu ’l quddiem. Minbarra l-għawm, il-mixjiet twal fil-kampanja, il-qari, il-kitba u l-mawriet regolari s’Għawdex, iħobb ukoll iżomm kuntatt fil-qrib mal-qarrejja tax-xogħlijiet tiegħu.
View Profile