IXTRI

  • img-book

    Loranne Vella

Rokit

ta' : Loranne Vella

15.00

Out of stock

ISBN: 9789990916393
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 416
"Din hija l-istorja ta' Rika u Petrel. Jekk tridu. Hija ħafna iktar minn hekk. Jew forsi le. Għiduli intom la taslu fit-tmiem. Nistgħu nżidu aġġettiv u nibdewha hekk: Din hija l-istorja impossibbli ta' Rika u Petrel. 'Improbabbli' forsi aħjar, għax jekk ngħidu li hija impossibbli sinjal li ma ġratx, u naf fiċ-ċert li ġrat." Rokit huwa vjaġġ imqalleb li jibda minn ħarsa fil-lenti ta' kamera, minn ritratt, minn kaxxa sħiħa ritratti. U jkompli b'tidwira tal-globu sa ma l-ponta tas-saba' taqa' fuq tikka ċkejkna bilkemm tidher. Nafuha sew dik it-tikka. Iżda Rokit huwa vjaġġ lejn Malta kif ma nafuhiex, Malta tal-ġejjieni, u anki lejn Malta tal-passat. Petrel, fotografu tal-gwerra, jirnexxilu jasal Malta, iżda dak li jsib mhuwiex dak li kien qed jistenna. Isib Malta maqsuma f'setturi, f'nofs evakwazzjoni, taħt ħakma militari. U qalb din id-deżolazzjoni, Petrel, bil-kamera f'idu, jibda vjaġġ ieħor li jaqsam minn settur għal ieħor, minn fuq l-art għal taħt, minn sular għal ieħor, jipprova jsib irkaptu ta' x'qed jiġri fil-gżira, fid-dar fejn jispiċċa jgħix, kif ukoll fil-labirinti mserrpin ta' moħħu.
Loranne Vella tgħix Brussell, dejjem għaddejja minn ħaġa għal għaxra oħra. Hija tittraduċi ġewwa uffiċċju, taqra fis-sodda, tikteb fil-cafés u xi drabi tirreċta fit-triq. Kull tant żmien, tħawwad ftit fejn tagħmel xiex. M’għadhiex tagħti kas it-temp dejjem griż imma malli toħroġ ix-xemx tfaqqa’ daħqa daqsiex. Tippreferi tikteb bil-Malti, taqra bl-Ingliż, tittraduċi mill-Franċiż u toħlom bil-Ġappuniż. Fl-aħħar tal-jum, xorta tipprova tagħmel dawk it-tmien sigħat rieqda.
View Profile
View Pdf