Shop

  • img-book

    Loranne Vella

Rokit

by : Loranne Vella

15.00

Out of stock

ISBN: 9789990916393
Category: ,
Cover: paperback
Age: adults
Publication Date : 2017
Page Count : 416
Disponibbli wkoll f’verżjoni ebook Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb "Din hija l-istorja ta' Rika u Petrel. Jekk tridu. Hija ħafna iktar minn hekk. Jew forsi le. Għiduli intom la taslu fit-tmiem. Nistgħu nżidu aġġettiv u nibdewha hekk: Din hija l-istorja impossibbli ta' Rika u Petrel. 'Improbabbli' forsi aħjar, għax jekk ngħidu li hija impossibbli sinjal li ma ġratx, u naf fiċ-ċert li ġrat." Rokit huwa vjaġġ imqalleb li jibda minn ħarsa fil-lenti ta' kamera, minn ritratt, minn kaxxa sħiħa ritratti. U jkompli b'tidwira tal-globu sa ma l-ponta tas-saba' taqa' fuq tikka ċkejkna bilkemm tidher. Nafuha sew dik it-tikka. Iżda Rokit huwa vjaġġ lejn Malta kif ma nafuhiex, Malta tal-ġejjieni, u anki lejn Malta tal-passat. Petrel, fotografu tal-gwerra, jirnexxilu jasal Malta, iżda dak li jsib mhuwiex dak li kien qed jistenna. Isib Malta maqsuma f'setturi, f'nofs evakwazzjoni, taħt ħakma militari. U qalb din id-deżolazzjoni, Petrel, bil-kamera f'idu, jibda vjaġġ ieħor li jaqsam minn settur għal ieħor, minn fuq l-art għal taħt, minn sular għal ieħor, jipprova jsib irkaptu ta' x'qed jiġri fil-gżira, fid-dar fejn jispiċċa jgħix, kif ukoll fil-labirinti mserrpin ta' moħħu.
Loranne Vella lives a busy life in Brussels where she translates in an office, reads in bed, writes in cafes and occasionally performs in the street.  Every so often she switches locations around. She's become indifferent to the grey weather but wears a huge smile when it shines. She prefers to write in Maltese, read in English, translate from French, and dream in Japanese. At the end of the day, she still tries to get her eight hours of sleep.
View Profile
View Pdf