IXTRI

  • img-book

    Ġużè Stagno

Ramon u ż-Żerbinotti

ta' : Ġużè Stagno

10.00

Kopji:
ISBN: 9789990913217
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2008
Paġni : 288
"Bilqiegħda fuq bank sfrakassat f'nofs il-pjazza tar-raħal, Ramon u ż-żerbinotti kienu qed jistennew il-miġja ta' dik il-coach misħuta li ta' kull filgħodu kienet twassalhom sa quddiem il-kanċell opprimenti tal-Liċeo Ġwann Mamo, ossija dak l-ispeċi ta' manikomju ġovanili fejn it-tlieta li huma kienu ħlew l-aħħar (u skont Ramon l-aħjar) ħames snin ta' ħajjithom ..." Wara Inbid ta' Kuljum u Xemx, Wisq Sabiħa, Ġużè Stagno jirritorna bil-kbir. L-Amiga 500. Il-papoċċi tat-tromba. Edwige Fenech. Non è la Rai. Il-Clearasil Ultra. L-eżamijiet tal-GCE. Colpo Grosso m'Umberto Smaila. Il-Lambada. Wara l-Weekend. L-angst taż-żgħożija u t-terrur ta' mewta verġni. Il-peer pressure. Il-PE. Il-patenti. Dan, u ħafna aktar, fit-tielet rumanz tiegħu.
Ġużè Stagno twieled fil-villaġġ tas-sajd u s-sajjieda, Marsaxlokk, Malta fl-1976. Kiteb erba’ rumanzi, u qiegħed jaħdem fuq il-ħames wieħed. Ilu għall-aħħar ħames snin jgħix Brussell, fejn jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum bħala interpretu tal-konferenzi. Ir-rumanz favorit tiegħu - li qatt ma qara - hu The Life and Opinions of Tristram Shandy, Gentleman ta’ Laurence Stern. “L-aħjar rumanzi,” jgħid, xi ftit enigmatikament, “huma dawk li għadek qatt ma qrajt. Dejjem.”
View Profile
View Pdf