Availability: In Stock

Ramon u ż-Żerbinotti

Ġużè Stagno
SKU: 9789990913217

10.00

Compare
ISBN: 9789990913217
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2008
Numru ta’ paġni : 288
Tags: ,

“Bilqiegħda fuq bank sfrakassat f’nofs il-pjazza tar-raħal, Ramon u ż-żerbinotti kienu qed jistennew il-miġja ta’ dik il-coach misħuta li ta’ kull filgħodu kienet twassalhom sa quddiem il-kanċell opprimenti tal-Liċeo Ġwann Mamo, ossija dak l-ispeċi ta’ manikomju ġovanili fejn it-tlieta li huma kienu ħlew l-aħħar (u skont Ramon l-aħjar) ħames snin ta’ ħajjithom …”

Wara Inbid ta’ Kuljum u Xemx, Wisq Sabiħa, Ġużè Stagno jirritorna bil-kbir. L-Amiga 500. Il-papoċċi tat-tromba. Edwige Fenech. Non è la Rai. Il-Clearasil Ultra. L-eżamijiet tal-GCE. Colpo Grosso m’Umberto Smaila. Il-Lambada. Wara l-Weekend. L-angst taż-żgħożija u t-terrur ta’ mewta verġni. Il-peer pressure. Il-PE. Il-patenti. Dan, u ħafna aktar, fit-tielet rumanz tiegħu.

Nirrakkomandaw