IXTRI

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Ramon u Sardinellu

ta' : Carmel G. Cauchi

9.00

Kopji:
ISBN: 9789990915662
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 1981
Paġni : 208
Ramon kien imqareb daqs xadin u l-praspar kien jivvintahom. Kien joħloq biċċa għawġ wara l-oħra, l-aktar għall-imsejkna ommu. Daqqa jkissrilha xi vażun, daqqa jaqfilha barra u drabi oħra jxerrdilha ż-żejt jew iz-zokkor. Darba waħda ddobba tliet żerrigħat kbar mingħand in-nannu Pinu. Kienu żerrigħat strambi, ta' lewn aħmar bir-rigi suwed. Ramon fettillu jiżragħhom fil-ġnien bit-tama li jikbru f'siġar li jagħmlu frott speċjali. Għall-ewwel ebda waħda ma nibtet u Ramon qata' qalbu u ma baqax isaqqihom iżjed. Iżda mbagħad nibtet waħda minnhom, dik tan-nofs, u minn hawn bdiet ġrajja tassew kurjuża li bilkemm titwemmen! X'kien hemm mhux tas-soltu f'dik ix-xitla stramba? Kien sema' sew Ramon meta deherlu li x-xitla kienet kellmitu? Kienet tassew xitla, jew xi ħaġa oħra? U x'bidla kellha sseħħ fil-ħajja ta' Ramon minħabba fiha?

ISBN: 9789990915662
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 1981
Paġni: 208

  • Reċensjonijiet(0)
  • Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    View Profile
    View Pdf