IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Qrempuċu f’Belt il-Ġobon
ta' : Trevor Żahra€8.50
ISBN:
9789990915860
Kategorija:
Children's Books, Rumanzi
Qoxra:
paperback
Età:
9-14
Illustratur:
Mark Caruana Nicholas Caruana
Pubblikazzjoni : 1985
Paġni : 232
About This Book
Il-ktieb klassiku ta' Trevor Żahra issa f'verżjoni ġdida, b'illustrazzjonijiet meħuda mill-film Qrempuċu
Imsejken Qrempuċu! Qatta' xitwa sħiħa jterter bil-bard u jokrob bil-ġuħ. U ibnu Qrempuċellu qatta' x-xitwa jisma' t-tgergir ta' missieru. Għalhekk mhux ta' b'xejn li Qrempuċu ħassu jiġġennen meta sema' li xi mkien ’il bogħod hemm belt sħiħa mibnija kollha bil-ġobon!
Addijo Wied Peprina! Addijo l-Fenek l-Aħmar, in-Nanna Kolina u l-Qanfuda. Issa Qrempuċu kellu ħsieb wieħed biss ġo moħħu: Belt il-Ġobon.
Qrempuċu forsi seta' jobsor li xi darba għad jasal f'din il-belt speċjali, imma żgur li qatt ma basar li għad jasal ukoll fuq il-liżar taċ-ċinema!
ISBN: 9789990915860
Illustratur: Mark Caruana
Pubblikazzjoni: 1985
Paġni: 232
ISBN: 9789990915860
Illustratur: Nicholas Caruana
Pubblikazzjoni: 1985
Paġni: 232

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com