Availability: In Stock

Qed Nistenniek Nieżla max-Xita | eBook

Pierre J. Mejlak
SKU: 9789990915198

9.00

Compare
ISBN: 9789990915198
Qoxra: eBook
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2009
Numru ta’ paġni : 216
Tags: ,

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.

 

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Mill-awtur rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura

Illejla l-qamar ma jidhirx. U x-xita donnha ma tridx tieqaf. Bilqiegħda b’saqajja mar-radiator qed inħares mit-tieqa ‘l barra u nara l-għadajjar jittektku bla ħniena u jibdlu lewnhom ma’ kull karozza li tgħaddi mit-triq. Tfajla twila, b’għajnejha kbar, għaddejja mgħaġġla minn fuq il-bankina kollha weraq niexef imxarrab. U nixtieq inbexxaq it-tieqa u nistaqsiha tridx tgħaddi biex sakemm tbatti ftit ix-xita ngħidu storja lil xulxin. Farid, sid in-night shop ta’ quddiemi, għadu kemm ħareġ jisserraħ mal-koxxa tal-bieb taħt it-tinda tal-Marlboro. U b’sigarett f’ħalqu qed iħares lejn ix-xita. U – min jaf? – forsi qed jistennieha. Nieżla magħha. Huwa wkoll.

Nirrakkomandaw