X’kien il-qamar aħdar li deher bosta drabi għall-ħabta ta’ nofsillejl? U l-għaliex deher fuq ir-razzett ta’ Kola l-Qerqni? Joyce, Dennis u Albert għamlu ħilithom biex isolvu l-biċċa, imma b’Kitty ddur ġo saqajhom xejn ma kienet ħaġa ħafifa!
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com