IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Provenz

ta' : Trevor Żahra

7.00

Out of stock

ISBN: 9789990911787
Qoxra: hardback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2000
Paġni : 316
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb "Qed niftaħlek it-tapp tal-flixkun u nferragħlek żewġt iswaba' ħa dduqu. L-għenieqed inqatgħu u ntgħasru fi tfuliti. U ilhom is-snin jiffermentaw. Iżda x-xogħol m'għamiltux waħdi. Kienu ħafna dawk li għallmuni nistenna b'sabri sa ma l-għenba tiġma' biżżejjed zokkor; li ħarrġuni nagħraf nagħżel l-aħjar għenieqed; li għenuni nixxabbat mad-dwieli; naqta', inqandel il-qfief, innaqqi u nagħsar. Ħadd ma jagħmel xejn waħdu. Duq ... u jekk il-palat jogħġbok nimlielek it-tazza sax-xifer. U ixrob kemm trid. Aktar ma tisker aktar tara ċar." - Trevor Żahra

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf