IXTRI

  • img-book

    Kirsten Spiteri

Perfettament imperfetta

ta' : Kirsten Spiteri

10.95

Kopji:
ISBN: 9789990919431
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 192
U qaltli, “Issa ċ-ċans tiegħek. Tini sakemm taħli saħħtek.” “Meta nħares lejn l-arloġġ nara l-mewt, imma jekk inħares lejn Charlotte nara l-ħajja. Għax hi tidħaq, tbusni, tmellisni, tkanta, tiċċajta, u jien ninsa l-problemi kollha. Anke ninsa kemm għandi żmien. Meta nkun magħha nħossni qisni qiegħed nisraq sekondi lill-mewt.” — Żewġ vuċijiet differenti, intimi, singulari, divertenti u devastanti. Wade u Manuel. U t-tnejn bl-istess ossessjoni … Charlotte. Wade żagħżugħ li qed jipprova jgħix ħajtu u jibda jiskopri d-dinja. Id-dinja tal-ewwel dates, tad-drammi familjari u tal-ħbieb ġodda, bil-fawra t’entużjażmu li jafu jġibu magħhom. Id-dinja tal-mużika, tas-sess u d-drogi. Manuel anzjan li qed jipprova jaħrab mix-xjuħija u li jispiċċa f’territorju mhux magħruf — attrazzjoni lejn studenta eżuberanti li ġġibu f’xifer il-legalità. Rakkont li jsaħħar, jgħarbel u jqanqal, f’dinja f’xifer li se tinbidel għalkollox, għal dejjem.
Kirsten Spiteri twieled fl-istess sena li ħarġet l-ewwel Street Fighter, dik li eventwalment saret is-sensiela ta’ video games favorita tiegħu. Trabba bejn Bormla u ż-Żejtun, u għalhekk jikkonsidra ruħu nofs-Bormliż nofs-Żejtuni, għalkemm illum il-ġurnata jgħix band’oħra. Kien jaf minn dejjem li xtaq isir kittieb. Ta’ 12-il sena, bagħat l-ewwel “kapolavur” tiegħu - dwar id-dinosawri - lir-rivista għat-tfal Sagħtar. Huwa supporter akkanit tal-Inter, u wieħed mill-ħafna ħolm tiegħu hu li jara lill-“Vecchia Signora” relegata għas-Serje C, għax fis-Serje B ġa raha.
View Profile
View Pdf