IXTRI

  • img-book

    Joe Pace

Papa Aħmed

ta' : Joe Pace

12.00

Kopji:
ISBN: 9789990918021
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2019
Paġni : 272
Finalist tal-Premju Unjoni Ewropea għal-Letteratura   Xejn ma kien jonqosna: Papa Malti, Papa Aħmed. “Annuntio vobis gaudium magnum: Habemus Papam!” Il-Kardinal Massimo Falzon ħareġ fil-gallarija, ixejjer. Ma jdumx ma jibda l-inkwiet. Sa ma, waqt żjara papali fl-Art Imqaddsa, il-Papa fis-satra tal-lejl jiżgiċċa lill-uffiċjali tas-sigurtà u jgħosfor. U minn hemm tibda tfittxija u tellieqa kontra l-ħin minn aġenti Lhud, Amerikani u Palestinjani. Kulħadd jaħmi l-komplotti tiegħu, u fiċ-ċentru ta’ kollox, donnu dejjem hemm hu, Papa Aħmed. Rumanz t’azzjoni, ta’ ħbiberiji antiki u sigrieti mistura, thriller li jwassal dritt mill-konklavi sat-toroq imdemmija ta’ Ġerusalemm.

Joe Pace twieled il-Furjana, trabba Ħal Qormi, studja Birkirkara, iżżewweġ darbtejn u għex San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ, Buġibba, il-Fgura u Ħal Għaxaq. Tabib, għaddas, attur, skier, vjaġġatur u futboler. Imbagħad ġew It-Tielet Teorija u Suq Għax Dalam u mal-lista żied awtur. Għandu żewġt itfal … jew erbgħa jew ħamsa jew sitta, skont lil min tinkludi. Inkredibbli x’tista’ ddeffes ġo erbgħa u ħamsin sena … u ija, mhux daqshekk xiħ wara kollox!

View Profile
View Pdf

Kummenti tal-qarrejja dwar “Papa Aħmed” …Inti qrajtu?https://merlinpublishers.com/product/papa-ahmed/Joe PaceEvolution Media

Geplaatst door Merlin Publishers op Woensdag 27 november 2019