IXTRI

  • img-book

    Charles Casha

Pandolino/Galatea

ta' : Charles Casha

4.50

Kopji:
ISBN: 9789990912418
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2004
Paġni : 144
Dawn l-istejjer huma maħsuba għall-qarrejja ta' bejn id-disa' snin u t-tnax-il sena, imma dawk ta' età kbira li jixtiequ jġeddu t-tfulija tagħhom żgur li jieħdu gost b'dawn l-istejjer. Pandolino kien żagħżugħ li kien jgħix ma' familja f'dar fqira qrib il-foresta. Meta kien għadu daqsxejn ta' tarbija, ommu kienet abbandunatu u ħallietu fil-foresta fejn sabu Walid. Huwa ħadu d-dar biex irabbih għalkemm martu Sita qatt ma kienet kuntenta bih għax kienet tibża' li dan jieħu post binha Farid. Jum wieħed Pandolino kellu jitlaq mid-dar u waqt li kien qed jaqsam il-foresta huwa ltaqa' ma' mara xiħa li tatu papra u qaltlu li xi darba din għad iġġiblu l-hena ta' dejjem ... Galatea kienet ħuta ċkejkna li kienet tgħix taħt il-gżira tat-Tliet Sireni f'komunità ta' ħut li kienu ħarbu minn diversi postijiet biex jgħixu fil-kwiet u bla biża' li jinqabdu minn xi sajjied. Imma din il-ħuta, bħaż-żewġ ħbieb tagħha dejjem xtaqet li xi darba ssir tfajla u tiżżewweġ xi żagħżugħ sabiħ. Darba jiġi sajjied jistad fl-ibħra ta' madwar il-gżira u s-Sargu x-Xiħ jgħin lil dawn it-tliet ħutiet biex jaqbdu lis-sajjied u jniżżluh taħt l-ilma ...
Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.”
View Profile
View Pdf