Studju kritiku dwar 20 poeżija minn Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel ta’ Oliver Friggieri
Dan l-istudju kritiku mhux biss jgħin lill-istudenti u lil-letturi li qegħdin jistudjaw il-poeżija ta’ Oliver Friggieri bi preparazzjoni għall-eżami tal-Malti fil-livell avvanzat imma huwa għodda analitika utli għal kull min irid japprofondixxi l-apprezzament letterarju tal-poeżiji ta’ dan il-poeta daqstant prominenti fix-xena letterarja Maltija. L-għoxrin poeżija studjati hawnhekk f’ordni kronoloġika jinsabu miġbura fl-antoloġija Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel.
“Dan l-istudju jgħin lill-istudenti billi jipprovdi interpretazzjoni addizzjonali ta’ kull poeżija, idealment wara li huma jkunu studjaw il-poeżiji waħedhom jew mal-letturi tagħhom. Imbagħad jitħalla kompletament f’idejn l-istudenti biex jagħrfu kif jiktbu komponiment letterarju fejn iqabblu b’għaqal il-poeżiji flimkien skont it-tema li dwarha jiġu jitluba jiktbu.” – David Aloisio