-
Leanne Ellul, Stephanie Bugeja,
About This Book
Lenti fuq l-ADHD
Din l-istorja ta’ Noè (u anke Masu) tintroduċina għad-dinja ta’ tifel bl-ADHD. Fil-ktieb, Ben jgħidilna l-istorja ta’ Noè. Noè tifel fuq tiegħu, mimli enerġija u allegrija. Noè jħobb lil Masu tgħidx kemm … u l-ħalib u l-imħaded komdi wkoll. Kollox ikun sejjer sew sakemm darba waħda jmorru kamp. X’jagħmel waqt il-kamp Noè? U x’jiġri meta d-darba ta’ wara ma jistednuhx għall-kamp? U kif isolvuha dil-biċċa?
L-ADHD mhux tikketta xi nwaħħlu fuq it-tfal, imma realtà li hi biss parti minn dak li jagħmilhom min huma. Noè u l-iskojjattlu bla kwiet huwa l-ewwel ktieb f’sensiela ġdida Lenti fuq … li tuża l-format ta’ storja ħelwa, umoristika biex turi x’inhi l-veru inklużjoni. Noè mhuwiex tant, biss, għal tfal b’ADHD daqskemm għat-tfal KOLLHA biex tramite l-istorja naraw kif tfal b’ADHD huma tfal bħalna, bl-istess xewqat u affarijiet li jdaħħquhom u gost bl-istess avventuri u ħarġiet.

ISBN: 9789990918069
Illustrator: Derek Fenech
Publication Date: 2019
Page Count: 48