-
Florence Vertanessian de Boissoudy
Mindfulness – biex tikkonċentra aktar u aħjar 29 attività mibnija madwar logħob biex jgħallmu lit-tfal jikkonċentraw aħjar Biex nikkonċentra aktar u aħjar: • noqgħod attent aktar għan-nies u l-annimali ta’ madwari • inkun kurjuż dwar dak li qed jiġri madwari • ninteressa ruħi f’dak li qed jgħidu tfal oħra u l-kbar • inħoss dak li qed niekol u nixrob • inkun naf xi nħobb u x’ma nħobbx • nieqaf u nirrifletti Amy u Mark għandhom rashom ftit fl-arja! Dalgħodu qamu tard, tilfu ħwejjiġhom u waslu tard l-iskola. Imma mbagħad iltaqgħu ma’ Mastru Kokka, lest jgħinhom biex jagħmlu ftit ordni. Storja ħelwa, b’kull attività spjegata pass pass. B’kollox il-ktieb fih disgħa u għoxrin attività li jħarrġu lit-tfal iħaddmu l-konċentrazzjoni u l-attenzjoni tagħhom. Kull attività hi spjegata wkoll lill-adulti, biex ikunu jistgħu jmexxu l-attivitajiet mat-tfal. Dan il-ktieb hu ideali għall-iżvilupp ħolistiku tat-tfal.