L-għan ta’ dan il-ktieb huwa li jlaqqa’ lit-tfal mal-ittri tal-alfabett. Kull ittra hija ppreżentata b’mod sempliċi u divertenti li għandu jogħġob lit-tfal. Il-ktieb huwa mfassal pass pass, hekk li l-ittri l-ħfief huma ppreżentati fil-bidu.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com