Is-sensiela Inħobb Naqra hija mfassla għat-tfal żgħar. L-istejjer huma ħfief, miktubin b’sentenzi qosra u vokabularju sempliċi.
L-għan tas-sensiela hu li sa miċ-ċokon, titrawwem fit-tfal ġibda għall-qari. L-għajnuna tal-ġenituri u l-għalliema hija ħafna drabi meħtieġa biex dan iseħħ.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com