Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ (Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)
Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn.
Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules.
Manda u Julia, żewġ tfajliet ta’ tlettax-il sena li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen. Waħda quddiemu taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.
Kulħadd jaħsibha li qed tipprova tkun bħal Jules …
Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.
Lon Kirkop is a Maltese artist and a printmaker but he loves writing more than anything. He is also involved in theatre and jumps at the opportunity to direct his own plays. When he is not creating art or writing, Lon spends his time reading, watching YouTube videos and discussing his ideas with himself over a glass or two of red wine.
Lon won the Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020 with his novel Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules.
View Profile
“I’ve read quite a few novels about social media culture and behaviour. At this point, Mitt Elf Isem Ieħor is probably my favourite one.”
— Reċensjoni minn Robert Pisani: The Bobsphere
“L-awtur jirnexxilu jbill subgħajh kemm hemm bżonn fil-fond oskur ta’ din id-dinja ġdida u potenzjalment tat-tkexkix, bil-profili foloz, l-assassinju spreġudikat u ardit tal-karattru, u l-isplużjoni tad-dismorfija żagħżugħa … Mitt Elf Isem Ieħor rumanz ikkalibrat b’qattara preċiża, bi żvolti sottili iżda sorprendenti li jmexxu l-istorja ’l quddiem” — Reċensjoni minn Mark Vella fl-Illum: Għali dejjem