-
Helena Harastová
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Bl-għajnuna tiegħek nistgħu nevitaw diżastru ambjentali!
Għandek idea kif tidher il-pjaneta tiegħek mill-għoli? Globu blu bl-abjad bl-inħawi abitati mniġġsa, ilma inkwinat, irqajja’ ta’ żejt fil-baħar, artijiet maħtufa mill-ispekulaturi, foresti qodma jaqbdu … Malli l-ekstraterrestri Gwi Do ra did-dehra orribbli, qabad il-vettura spazjali tiegħu u beda jterraq fl-ispazju sa ma wasal fid-dinja bil-għan li jsalvaha. Int u hu, flimkien se terħulha madwar l-erbat irjieħ tal-pjaneta biex issewwu l-ħsara li għamlulha l-umani.
Se ssaffu l-arja u x-xmajjar, tagħtu r-ruħ lill-ħamrija, issalvaw l-eqdem foresti u titgħallmu tirriċiklaw l-iskart. Dan il-ktieb eċitanti u mimli avventuri se jdawrek mad-dinja ambjentali. Il-futur tad-dinja f’idejk — minnek jiddependi tintemmx jew tibqax teżisti.
F’dal-ktieb issib:
• 5 ambjenti mimlija illustrazzjonijiet bil-kulur
• 5 kotba ċkejknin mimlija informazzjoni biex jikkumplimentaw l-avventura
• 20 għatu x’tiftaħ (lift-the-flap)
Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol