IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Minċott Ħajt Iswed
ta' : Trevor Żahra€2.80
ISBN:
9789990911381
Kategorija:
Children's Books, Rumanzi
Qoxra:
paperback
Età:
9-14, 13-18
Illustratur:
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2001
Paġni : 100
About This Book
Storja ta' maġija u misteru ta' Trevor Żahra
L-istess bħalek u bħali, ġol-fond ta' qalbha, Marika kellha ħafna xewqat. Imma qatt ma tat kashom iżżejjed ... sakemm ... għodwa waħda, fil-ħanut tan-nanna Annie, daħlet mara b'ħarsa niffieda li talbitha minċott ħajt iswed.
Dak il-lejl ix-xewqat kollha telgħu fil-wiċċ. Bdew itektkulha wara l-bieb biex tiftħilhom. U Marika ntebħet kemm kienet faċli li dawn ix-xewqat isiru realtà. Imma ma damitx ma ntebħet li fil-ħajja xejn mhu daqstant faċli.
ISBN: 9789990911381
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2001
Paġni: 100

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com