IXTRI

  • img-book

    David Aloisio

Mill-Oasi Tiegħi

ta' : David Aloisio

11.00

Kopji:
ISBN: 9789990919066
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 13-18, adults
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 104
Studju kritiku dwar 20 poeżija minn Xi drabi mqar persuna ta’ Simone Galea Dan l-istudju kritiku mhux biss jgħin lill-istudenti u lil-letturi li qegħdin jistudjaw il-poeżija ta’ Simone Galea bi preparazzjoni għall-eżami tal-Malti fil-livell avvanzat u fil-livell intermedju, imma huwa għodda analitika utli għal kull min irid japprofondixxi l-apprezzament letterarju tal-poeżiji ta’ din il-poetessa kontemporanja. L-għoxrin poeżija studjati hawnhekk jinsabu miġbura fl-antoloġija tagħha Xi drabi mqar persuna. “Dan l-istudju kritiku … jista’ jkun ukoll għodda utli għal kull min irid japprofondixxi l-apprezzament letterarju tal-poeżija ta’ Galea.” - David Aloisio

David Aloisio huwa lecturer tal-lingwa u letteratura Maltija ġewwa l-Junior College tal-Università ta' Malta. Qiegħed jirriċerka għal PhD mal-istess università, dwar Dialectic of the Canon: the Maltese Literary Context. L-interessi ta’ riċerka tiegħu jiffukaw fuq ir-relazzjoni - spiss waħda kunflittwali - bejn xogħlijiet letterarji u l-kif jiġu kkategorizzati, konxjament jew inkonxjament, mill-psike kollettiva f’listi informali jew anki f’kanoni letterarji.

View Profile
View Pdf