IXTRI

  • img-book

    Mark Camilleri

Mill-istorja tal-futbol Malti (Tikka Qari Livell 11)

ta' : Mark Camilleri

4.15

Kopji:
ISBN: 9789990917345
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Naf li tħobb il-futbol. U x’aktarx iżżomm mal-Ingliżi jew le, stenn’, mat-Taljani … u t-tim Malti favorit tiegħek, liema hu? Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ players u referis Maltin li għamlu ġieħ lil Malta u se ssir taf dwar l-ikbar rebħiet u l-ikbar telfiet tat-tim nazzjonali Malti.

Ma’ min għidtli li żżomm? Smajt sew? Ma’ Malta?

Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 4a u 4b

Mark Camilleri ilu jgћallem gћal dawn l-aћћar tnax-il sena fejn fil-preżent huwa gћalliem fi skola primarja tal-Istat. Bejn pitazz u ieћor jirnexxielu jsib ċans jikteb regolarment rumanzi jew novelli polizjeski inkella xi xogћol gћal kotba tat-tfal. Fl-2009 kellu l-ewwel storja qasira, Gallo, ippubblikata fil-kollezzjoni 45 li fiha introduċa mal-qarrejja lill-Ispettur Victor Gallo. Sena wara kien imiss Prima Facie – ir-rumanz debut tiegћu – li fih laqqagћna mill-ġdid mal-Ispettur aktar fil-fond u li minnu twieled l-ewwel book video li qatt sar Malta.

View Profile
View Pdf