Wara Fra Mudest u Aktar Praspar dwar Fra Mudest jasal it-tielet ktieb dwar dan il-fra ferrieħi – karattru maħluq minn Charles Casha.
Bl-istejjer li nsibu f’Mill-Ħorga ta’ Fra Mudest il-ġrajjiet dwar dan il-fra tant popolari mat-tfal Maltin u Għawdxin, ilaħħqu s-sebgħa u sittin waħda.
Charles Casha
Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.” Ara aktar