Availability: In Stock

Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti

Carmel G. Cauchi
SKU: 9789990913774

7.50

Compare
ISBN: 9789990913774
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Frank Schembri
Data tal-pubblikazzjoni : 2011
Numru ta’ paġni : 216
Tag:

Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti mhuwiex ktieb li fih Carmel G. Cauchi jimraħ fil-fantasija biex joħloq xi storja fittizja bħalma f’kotba oħra qabel. F’dan il-ktieb jirrakkonta fatti – drawwiet u ġrajjiet li seħħew tassew. Cauchi jeħodna lura fi żmien tfulitu, fis-snin ħamsin u sittin bikrin, biex miegħu nqallbu l-album tat-tifkiriet. Jistedinna ngħaddu miegħu mill-iskola tan-nuna għal dik primarja u mbagħad il-Liċeo. Idaħħalna fid-dar qadima ta’ tfulitu u jlaqqagħna ma’ qrabatu. Jaqsam magħna l-istil ta’ ħajja sempliċi li għex fi tfulitu bil-ħelu u l-morr tagħha.

Dan huwa ktieb li jappella għall-qarrejja li għexu dawk is-snin għax iġeddilhom it-tifkiriet. Imma jappella wkoll għall-qarrejja żgħar għax jurihom kemm it-tfulija tal-imgħoddi kienet differenti minn dik tal-lum.

Nirrakkomandaw