IXTRI

  • img-book

    Leanne Ellul, Stephanie Bugeja,

Mila u l-iljun ir-rieqed: Lenti fuq l-awtiżmu

ta' : Leanne Ellul, Stephanie Bugeja

7.95

Kopji:
ISBN: 9789990919660
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Alice Samuel
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 48
About This Book
Lenti fuq l-awtiżmu Din l-istorja ta’ Mila (u anke Leo) tintroduċina għad-dinja ta’ tifla bl-awtiżmu. Darba waħda, Mila tieħu lil Leo l-iljun magħha l-iskola. X’jiġri meta s-Sur Stivala jagħtihom aħbar speċjali? U x’tagħmel Mila meta jkollha titla’ fuq il-palk? Flimkien ma’ Miss Lorna, Wael u Martina, Mila trabbi kuraġġ ta’ ljun … u Leo jibqa’ magħha ta’ kuljum.
L-awtiżmu mhux tikketta xi nwaħħlu fuq it-tfal, imma realtà li hi biss parti minn dak li jagħmilhom min huma. Mila u l-iljun ir-rieqed huwa t-tieni ktieb f’sensiela ġdida Lenti fuq … li tuża l-format ta’ storja ħelwa, umoristika biex turi x’inhi l-veru inklużjoni. Mila mhuwiex tant, biss, għal tfal bl-awtiżmu daqskemm għat-tfal KOLLHA biex tramite l-istorja naraw kif tfal bl-awtiżmu m’għandhom xejn stramb, anzi għandhom mod differenti ta’ kif jaraw u jesperjenzaw il-ħajja.

ISBN: 9789990919660
Illustratur: Alice Samuel
Pubblikazzjoni: 2021
Paġni: 48

  • Reċensjonijiet(0)
  • leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    Stephanie Bugeja hija Psikologa fl-ambitu tal-Edukazzjoni. Preżentement qegħda tirriċerka għal Ph.D. fejn qed tindaga dwar il-vuċi tat-tfal. Hija wkoll lecturer fil-Psikoloġija kemm fil-livell post-sekondarju kif ukoll l-Università ta’ Malta.
    View Profile
    View Pdf