Għall-fans kollha ta’ Imeldina: nintroduċu lil kuġinuha, Mikelin. Storja ġdida għat-tfal iż-żgħar
Staqsi ’l hawn, staqsi ’l hemm … Mikelin il-ħin kollu hekk għaddej, jistaqsi l-mistoqsijiet. Irid ikun jaf dwar kollox.
Sakemm jibda jiktibhom fuq biċċiet tal-karti li jwaħħal mad-dar kollha. U filgħodu jsib it-tweġibiet.
Imma l-papà jgħidlu li ma weġibhomx hu! Allura min qed iwieġbu, billejl, lil Mikelin?
Sandra Hili Vassallo
Sandra Hili Vassallo twieldet fl-1968. Ħadmet fil-korp diplomatiku f’New York u kienet ukoll direttur fis-servizz pubbliku. Preżentement taħdem bħala uffiċjal legali u tgħallem il-liġi tal-familja l-Università ta’ Malta. Sandra għandha interess partikolari fil-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tar-refuġjati. Tgħix mar-raġel u ż-żewġt ibniet tagħhom f’Santa Venera. Meta ma tkunx qed taħdem (jew tikteb) tħobb ħafna l-baħar, ix-xita, il-ġelati, il-mużika u l-kotba.