Storja ġdida għat-tfal iż-żgħar ma’ Mikelin, il-maħbub kuġin ta’ Imeldina
“Mikelin! Nista’ nkun naf għalfejn għandek dawn il-fliexken tal-luminata kollha fil-gwardarobba?”
Mikelin it-tifel li l-ħin kollu jistaqsi elf mistoqsija, imma did-darba l-papà qed jistaqsi lilu.
U t-tweġiba (bejnietna … għax il-papà ma jaf b’xejn!) għandha x’taqsam ma’ dawl qawwi billejl, oġġett qisu magna tal-ħasil imma mhux … u ħabib ġdid.
Sandra Hili Vassallo
Sandra Hili Vassallo twieldet fl-1968. Ħadmet fil-korp diplomatiku f’New York u kienet ukoll direttur fis-servizz pubbliku. Preżentement taħdem bħala uffiċjal legali u tgħallem il-liġi tal-familja l-Università ta’ Malta. Sandra għandha interess partikolari fil-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tar-refuġjati. Tgħix mar-raġel u ż-żewġt ibniet tagħhom f’Santa Venera. Meta ma tkunx qed taħdem (jew tikteb) tħobb ħafna l-baħar, ix-xita, il-ġelati, il-mużika u l-kotba.