Din ir-raba’ ġabra ta’ stejjer mill-ħajja ta’ Fra Mudest qiegħda tidher bosta snin wara t-tliet ġabriet l-oħrajn. Kien fuq talba ta’ xi wħud, li meta kienu għadhom żgħar, kienu jħobbu jaqraw il-praspar tal-Fra Ferrieħi, li ġegħlitni nikteb din ir-raba’ ġabra li tiġbor dsatax-il praspura mid-dinja ta’ Fra Mudest.
Lil dawn, u oħrajn li meta kienu għadhom żgħar kienu jħobbu jaqraw il-praspar ta’ Fra Mudest, jien niddedika dan il-ktieb b’radd ta’ ħajr u xewqat sbieħ għall-ġejjieni. – Charles Casha
Charles Casha
Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.” Ara aktar