Frażijiet komuni. Imma għaliex jiġġieldu n-nies? Għaliex ikollhom xi jgħidu? Għaliex ikunu bin-nervi, irrabjati, anzjużi, irritabbli?
Dejjem ikun hemm raġuni.
Dawn it-tliet stejjer – ta’ tlett itfal differenti f’sitwazzjonijiet differenti – idaħħluna fil-fond iżjed minn dak li jidher minn barra.
Il-ħsibijiet tagħhom iressquna lejn ħsibijiet li forsi anke, xi drabi, kienu tagħna.
Marika Azzopardi
Marika Azzopardi qattgħet l-aħħar 20 sena tintervista lin-nies, tikteb artikli, riċensjonijiet ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali, blogs u stejjer qosra. Ippubblikat letteratura għat-tfal u għall-adulti ġewwa Malta u Franza. Il-kitbiet tagħha dehru wkoll f’pubblikazzjonijiet speċjalizzati fil-qasam tal-ġojjellerija. Marika torganizza wkoll esibizzjonijiet artistiċi. Riċentement applikat l-esperjenza u riċerka tagħha dwar il-ġojjellerija antika biex ħolqot esibizzjoni unika ta’ filigree Malti.