Il-picture book klassiku tal-Milied Malti — issa f’edizzjoni ġdida qoxra ratba fl-10 anniversarju mill-ewwel pubblikazzjoni tiegħu
Meta l-Milied ma ġiex, Karl u Martina ħassewhom imdejqa. Xi ħaġa kien ġara biex waqa’ daqshekk dlam fuq kollox. Imma xiex?
Il-ġenituri nsew li l-25 ta’ Diċembru huwa Jum il-Milied. Imma għaliex? Tgħid il-Milied se jibqa’ ma jiġix fil-villaġġ ta’ Karl u Martina?
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar