X’kien iċ-ċpar blu li ta’ kultant kien jidher f’qiegħ il-wied? Tassew li min jgħaddi minnu jisparixxi? U min kienu dawk l-irġiel b’ilbies stramb li dewwew sieq Marthese? Tgħid kien ta’ min jibqa’ jafdahom u jemmen kulma qalu!?
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com