Oliver qed iħares madwaru u jara l-imħabba fil-forom kollha tagħha. Jara diversi tipi ta’ mħabba bejn in-nies li jiltaqa’ magħhom matul il-jum … u anki d-dar, bejn iż-żewġ ommijiet tiegħu.
Ktieb kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Moira Scicluna Zahra
Moira Scicluna Zahra hija osservatriċi akuta tan-nies — vantaġġ kbir meta tkun illustratur. Hija bbażata f’Edinburgh fejn taħdem bħala illustratriċi u graphic designer freelance, u hija l-artista-residenti fl-Edinburgh College of Art. Moira ġejja mid-dinja tal-edukazzjoni kreattiva terzjarja, u fl-imgħoddi kienet tgħallem il-Graphic Design and Interactive Media l-MCAST, Malta. Tħobb tirriskja u tagħmel id-dgħajjes bl-origami. Ara aktar