Poeżiji ta’ Oliver Friggieri miġbura u magħżula minn Toni Cortis
Dan il-ktieb, ormai klassiku fil-ġeneru tiegħu, fih ġabra tal-poeżiji ewlenin ta’ Oliver Friggieri tal-perijodu 1961-1988.
Il-ġabra li tidher f’dan il-ktieb tinfirex fuq medda ta’ 27 sena minn meta l-awtur kien għadu żagħżugħ ta’ 14-il sena sa ma jasal għall-maturità poetika meta kiteb liriċi bħal “Mal-Fanal hemm ħarstek tixgħel”, “Ħarstek vjola tkanta”, “Poeta”, “Se nifrex il-lejl fuqek”.