Ir-ritorn ta’ Clare Azzopardi b’picture book ġdid fjamant!
Madame Ortensja Paskwalina de Rohan kienet ħajjata prima. Kienet l-aktar magħrufa għall-kostumi tal-Karnival. Tgħidx kemm ħietet tul ħajjitha!
Il-Karnival kienet tħobbu ħafna imma ma kinitx tmur għax il-folol kienu jdejquha u anki dak il-ħafna ġenn u storbju. Minflok, kienet tarah mill-gallarija flimkien man-neputija tagħha, Pissiperla.
Imbagħad darba waħda, Madame fettlilha tħit żewġ kostumi: wieħed għaliha u l-ieħor għal Pissiperla. U flimkien marru l-Karnival …
Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar