IXTRI

  • img-book

    Lara Calleja

Skont!

Lucy Min? | eBook

ta' : Lara Calleja

7.00

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Kopji:
ISBN: 9789990918793
Qoxra: eBook
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 160

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   "Fl-internet is-sess hu bla isem, bla limiti u bla kantunieri. Hi, kif int? Niltaqgħu? Kif tidher? Tall, samra u rqiqa. U int? Mibni, twil u ismar. U hemm isfel? Ħeħe, armat ukoll naughty girl. Għandek karozza? Ok, siegħa oħra mela. Imma dan ir-rakkont mhuwiex fuq l-internet jew xi studju tal-bidliet teknoloġiċi f'dawn l-aħħar tletin sena. Dan huwa rakkont tiegħi, fuqi, Lucy. Lucy li ma jafuhiex iktar minn mitejn persuna tgħaqqadhom f'daqqa. Imma kulħadd għandu xi ħaġa interessanti xi jgħid, ħi." Lucy. Lucy mhi ħadd speċjali. Min jafha? Kienet għadha ma taf kważi xejn, fuq kif inhu raġel u kif għandha żżomm banner waqt protesta ambjentali li ’qas taf kif spiċċat fiha. Minn falliment ta' date mal-ewwel raġel li mank biss tiftakar x'jismu, għal George — jew Ġorġ, kif iridha hu … U mbagħad l-oħrajn … U mbagħad, f'salt, ġraw ħafna affarijiet. Min-nies li kellmet, ħbieb li għamlet u pajjiżi li skopriet, Lucy indunat b'dinja kbira u wiesgħa, ħafna ikbar u usa' mill-problemi tagħha. U rrealizzat kemm setgħet tagħżel, dejjem. Ix-xelta setgħet tkun kbira, jew limitata. Imma dejjem setgħet tagħżel. Lucy għadha toħlom. Imma qed tasal xi mkien.
Lara Calleja hija Skaliża. Il-baħar - u l-villaġġ li issa żviluppa xi naqa żżejjed - huma parti minn ħafna stejjer f’ħajjitha. Il-kitba hija l-mod tagħha kif tagħmel kompromess mad-dinja ta’ madwarha, li mhux dejjem taf tkun ġentili. Tħobb l-ispazji miftuħa, mhux tal-baħar biss imma anka ta’ wesgħat twal ta’ għelieqi. L-attiviżmu finalment huwa l-kontribut żgħir li tħoss qed tagħti biex mingħaliha żżomm il-kuxjenza f’postha fuq affarijiet li taħseb jistgħu jkunu aħjar. L-ambizzjonijiet li għandha huma li jirnexxilha toħloq iktar sens ta’ komunità f’dinja li saret wisq individwalista. U li forsi jkollha biċċa għalqa u daqsxejn ta’ kmajra. U min jaf x’ħolm ieħor iġġib magħha l-ħajja. Intant però, Lara rebħet il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura - l-ewwel mara Maltija li qatt rebħet dal-premju prestiġjuż.
View Profile
View Pdf