-
Lara Calleja
Verżjoni eBook
Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.
“Fl-internet is-sess hu bla isem, bla limiti u bla kantunieri. Hi, kif int? Niltaqgħu? Kif tidher? Tall, samra u rqiqa. U int? Mibni, twil u ismar. U hemm isfel? Ħeħe, armat ukoll naughty girl. Għandek karozza? Ok, siegħa oħra mela.
Imma dan ir-rakkont mhuwiex fuq l-internet jew xi studju tal-bidliet teknoloġiċi f’dawn l-aħħar tletin sena. Dan huwa rakkont tiegħi, fuqi, Lucy. Lucy li ma jafuhiex iktar minn mitejn persuna tgħaqqadhom f’daqqa. Imma kulħadd għandu xi ħaġa interessanti xi jgħid, ħi.”
Lucy.
Lucy mhi ħadd speċjali. Min jafha?
Kienet għadha ma taf kważi xejn, fuq kif inhu raġel u kif għandha żżomm banner waqt protesta ambjentali li ’qas taf kif spiċċat fiha. Minn falliment ta’ date mal-ewwel raġel li mank biss tiftakar x’jismu, għal George — jew Ġorġ, kif iridha hu … U mbagħad l-oħrajn …
U mbagħad, f’salt, ġraw ħafna affarijiet.
Min-nies li kellmet, ħbieb li għamlet u pajjiżi li skopriet, Lucy indunat b’dinja kbira u wiesgħa, ħafna ikbar u usa’ mill-problemi tagħha.
U rrealizzat kemm setgħet tagħżel, dejjem. Ix-xelta setgħet tkun kbira, jew limitata. Imma dejjem setgħet tagħżel.
Lucy għadha toħlom. Imma qed tasal xi mkien.