Availability: In Stock

L-Istramb

Oliver Friggieri
SKU: 9789990910162

5.25

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990910162
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 1993
Numru ta’ paġni : 128
Tag:

Minn mindu deher għall-ewwel darba fl-1980, L-Istramb inqaleb f’diversi lingwi – Ingliż, Franċiż, Sloven u Maċedonjan – u ġie ppubblikat f’Renfrewshire, Pariġi, Ljubljana, u Belgrad.

Huwa rumanz qawwi u konċiż, miktub b’nifs maħrub li jesprimi l-burdati differenti li jgħaddi minnhom żagħżugħ fi kriżi ta’ identità li qiegħed ifittex lil Alla, lid-dinja ta’ madwaru u lilu nnifsu. Huwa rakkont li fih jistgħu jingħarfu bosta żgħażagħ oħrajn li bħal Baruk, il-karattru ewlieni, jistennew mill-istituzzjonijiet u mill-ambjent it-tweġibiet li jibqgħu ma jaslulhomx. Mid-dar sas-Seminarju, mit-toroq imwarrbin sal-kamra magħluqa tiegħu, Baruk jagħmel vjaġġ mimli intensità.

Oliver Friggieri, awtur internazzjonali li l-kotba u l-istudji tiegħu ġew ippubblikati f’ħafna bliet barranin u li diversi xogħolijiet tiegħu nqallbu f’bosta lingwi, hawnhekk jikkonċentra fuq l-għeluq ta’ gżira biex fiha jsib ukoll il-bniedem li jixtieq l-arja tal-bieraħ bla qies.

Nirrakkomandaw