Riżorsa ġdida għal Malta: Sfoljatur tal-Kitba Kreattiva
Għall-ewwel darba bil-Malti: flipchart, jew sfoljatur, li jistimola u jgħin lit-tfal fil-kitba kreattiva billi jagħti spunti għall-immaġinazzjoni.
Riżorsa għal idejn it-tfal, b’ħames kategoriji (Min? Xiex? Fejn? Meta? X’ġara?) fejn f’kull kategorija hemm għadd ta’ karti bi stampi u kliem. Ma’ kull dawra ta’ karta tista’ tinħoloq storja ġdida.
Tista’ tintuża b’mod individwali, fi gruppi żgħar jew ma’ klassi sħiħa, f’forma ta’ diskussjoni u taħdit jew kitba kreattiva.
Il-pakkett jinkludi l-Isfoljatur kif ukoll Gwida b’istruzzjonijiet għall-għalliema u l-ġenituri.
* Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol