l-inventarju tal-kamra l-kaħla hija l-ewwel kollezzjoni ta’ poeżiji ta’ Leanne Ellul, miġbura b’mod alfabetiku. L-oġġetti kollha f’din il-kamra l-kaħla, fittizja daqskemm reali, tnaqqew b’mod sistematiku. Din hija l-kamra li tiġbor fiha l-memorji u l-immaġinazzjonijiet. Din il-kamra kaħla inventarju. Tħares fejn tħares, hemm biċċiet qed jistennew li jiġu rrakkuntati.
“Dil-poeżija tirrifjuta l-loġika li l-kelma trid tqegħedha f’postha. Iċ-ċaqliq tagħha trasgressiv, irreverenti. Imma hawn reverenza ġdida hawnhekk, speċjalment lejn il-ġisem-ingombru li kapaċi jkun aktar elokwenti mill-kliem. Dan l-inventarju joħloq spazji ġodda, movimenti li ma bsarniex.” – Adrian Grima
Leanne Ellul
leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ.leanneellul.netAra aktar