Louis, Mario u Rita kienu jieħdu gost ħafna għand iz-zija Karm u z-ziju Pawl. Iżda meta semgħu bil-ġrajja tax-xelter dan il-gost inbidel f’avventura stramba. Is-sinjura Roż daħlet ukoll fil-biċċa … daqqa biex tfixkel u daqqa biex tgħin.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com