-
Clare Azzopardi, Nathalie Grima, Gilbert Calleja,
About This Book
Il-Maltin fl-Art Imqaddsa u lil hinn
Ħafna drabi l-okkażjonijiet li naqraw dwar il-ħajja tal-Maltin tad-djaspora huma ftit. Dan il-ktieb jiġbor fih esperjenzi u realtajiet għalkollox differenti minn tagħna. Huma narrattivi ta' sorijiet, qassisin u lajċi Maltin li ilhom snin twal jgħixu fl-Art Imqaddsa u lil hinn. Uħud minnhom, bħal Sister Antonia Agius, telqu minn Malta fuq ajruplan tal-gwerra u ilhom hemm mill-1945.
L-Art tal-Kliem joffri mumenti diffiċli, umli, skomdi, sempliċi, umoristiċi, imnikkta mill-ħajja ta' 31 Malti u Maltija li għoġobhom jilqgħuna għandhom biex jirrakkontawlna dwar il-ħidma sfiqa tagħhom. Nittamaw li permezz tiegħu qed niftħu tieqa ċkejkna sabiex intom ukoll, bħalna, tkunu tistgħu tesperjenzaw il-mod kif il-Maltin jgħixu barra minn pajjiżhom.
Din il-pubblikazzjoni kienet kofinanzjata mill-Fond għad-Diplomazija Kulturali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u mill-APS Bank.
ISBN: 9789990915648
Illustratur: Gilbert Calleja
Pubblikazzjoni: 2015
Paġni: 216