-
Merlin
Fl-aħħar, sensiela ta’ leħħiet (flashcards) bil-Malti b’kull ma jista’ jiġi bżonn għalliem u ġenitur
Introduzzjoni ideali għall-ewwel vokabularju bil-Malti, kull leħħa fiha ittra tal-alfabett, kelma u ritratt imur magħha. Il-vokabularju ġie magħżul b’reqqa wara konsultazzjoni estensiva ma’ uħud mill-aqwa esperti fil-kamp tagħhom.
Fuq wara ta’ kull leħħa, sett ta’ mistoqsijiet li jservu ta’ spunti għal konverżazzjoni bil-Malti, waħda mill-ħiliet kruċjali għat-tfal.
Kull leħħa maħduma b’ritratti professjonali biex jinteressaw aktar lit-tfal.
Is-sett jinkludi wkoll nota b’ideat ta’ kif tista’ tuża l-leħħiet f’logħob.
Din is-sensiela ġiet ikkreata fuq l-ogħla speċifikazzjonijiet tekniċi, u fiha ċ-ċertifikazzjoni ta’ sigurtà f’idejn it-tfal CE.
Fl-istess sensiela: Annimali, insetti u għasafar