IXTRI

  • img-book

    Sherise Zammit

L-Album tal-ewwel sena tiegħi (tifla)

ta' : Sherise Zammit

12.95

Out of stock

ISBN: 9789990917512
Kategorija:
Qoxra: hardback
Età: 0-7, adults
Pubblikazzjoni : 2018
Paġni : 80
Baby Album … bil-Malti! Wara ħafna stennija, fl-aħħar wasalt! F’dan l-album ta’ memorji nistgħu nżommu rikordju tal-ewwel mumenti sbieħ tagħna flimkien: minn meta sirtu tafu li se jkollkom lili sal-ewwel laqgħa tagħna, u l-avventuri kollha li ġabet magħha l-ewwel sena tiegħi. Ħafna paġni x’jimtlew b’ritratti u noti ta’ tifkiriet speċjali li jirrakkuntaw il-bidu ta’ vjaġġ mill-isbaħ. Biex kull darba li nerġgħu nħarsu lejn dan l-album, nerġgħu niftakru mill-ġdid il-maġija ta’ dan il-vjaġġ.

Sherise Zammit iggradwat bħala għalliema tal-primarja. Minn mindu żgħira dejjem kellha għal qalbha l-pinna u kienet tħobb tikteb xi kanzunetta, poeżija jew xi storja qasira. L-ewwel ktieb ippublikat tagħha kien Save Samyo City u bih rebħet il-premju Terramaxka fl-2015. Minn dak iż-żmien ġew ippublikati aktar kotba għall-qarrejja zgħar fosthom Big Books li tqassmu fl-iskejjel bħala riżorsi għall-għalliema. Sherise hija omm u dan jimmotivha sabiex tkompli tikteb aktar stejjer u ssaħħaħ in-numru ta’ kotba b’ilsien Malti.

View Profile
View Pdf