Availability: In Stock

L-Aħħar Ħolma (2)

SKU: 9789990913484

12.00

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990913484
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2010
Numru ta’ paġni : 256
Tags: ,

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

It-tieni volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat

Sittin sena qabel il-ġrajjiet li seħħew f’It-Tielet Qamar

Il-Qamar u l-Anġlu, Salvu u Mikiel. Niżlu jqattgħu lejl f’Ħaġar Qim bħalma dejjem jagħmlu fi tmiem il-ġimgħa. Iżda din id-darba xejn mhuwa bħas-soltu … għax f’salt wieħed, bi żball jew b’kumbinazzjoni, sfaw katapultati f’univers ieħor. U sabu ruħhom f’nofs logħba li ilha tintlagħab eluf kbar ta’ snin, sa minn dakinhar li sitt aħwa b’setgħat tal-għaġeb ħolquha biex jgħaddu ftit taż-żmien.
Iżda issa r-regoli tal-logħba nbidlu …

Brinku baqa’ għal ħin twil iċċassat, b’ħalqu miftuħ, imbellah b’dak li kien għadu kif ra b’għajnejh. Maġenbu, Ru kienet għadha bħalu mwaħħla mal-art, ma tistax temmen.

“Ru, rajt int dak li rajt jiena?” staqsieha meta l-għoqla fi griżmejh inħallet.

“Xi ħaġa rajt li qatt qabel ma kont rajt bħalha f’ħajti,” wieġbet Ru. “Taf tfehemni x’ġara hawn sultan sidi?”

“Il-ħrejjef tal-imgħoddi, l-għanjiet ta’ missirijietna, mhuma ħrejjef xejn mix-xeħta tagħhom. Iżjed ma nafx ngħidlek.”

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw