IXTRI

  • img-book

    Ivan DeBattista

L-Aħħar 13

ta' : Ivan DeBattista

11.00

Kopji:
ISBN: 9789990914634
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 152
L-ewwel rumanz mal-Merlin ta' Ivan De Battista, awtur, attur u direttur televiżiv L-istorja traġika ta' raġel li twieled taħt sħaba sewda u donnu baqa' jgħix taħtha. Raġel li għex u ssawwar kif riedu ħaddieħor, li għex minn twelidu biex imut. Ħajja diffiċli, b'passat iebes, preżent krudili … Rumanz ta' ħajja li daqet ftit minn kollox; rumanz li jmiss il-fond ta' qalbek, li jġorrok miegħu tul il-ħajja mqallba li hu qatt ma waqaf jgħix … u l-ħin baqa' jdur … sal-aħħar tlettax …

Ivan DeBattista ilu involut fix-xena teatrali, televiżiva u mużikali sa minn età żgħira. Filfatt hemmhekk iltaqgha mal-mara tieghu, Simone. Ġie nnominat għall-Aqwa Attur Prinċipali fil-Malta TV Awards 2007 għar-rwol tiegħu fit-teledramm Pupi. Idderieġa diversi drammi kemm għat-teatru kif ukoll għat-televiżjoni, fosthom Is-Siġill tal-Qrar u Prima FacieDe Battista huwa wkoll awtur ta’ seba’ kotba. Hu ggradwa fl-ATCL (Speech and Drama) mat-Trinity College ta’ Londra. Bħalissa qiegħed fl-aħħar stadju ta’ Masters fil-Marketing mal-Università ta’ Wales.

View Profile
View Pdf